Dwar C.O.N.T.A.C.T, Reat ta’ mibegħda u Diskors ta’ mibegħda

Ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda jistgħu jħallu impatt negattiv ħafna fuq il-vitma, in-nies ta’ madwarha u fuq is-soċjetà inġenerali. Id-definizzjonijiet ta’ x’jikkonsisti f’mibegħda jvarja għal kull pajjiz u huwa rikonoxxut li hemm nuqqas sinifikanti ta’ rapporti ta’ reati ta’ mibegħda, li tinkludi wkoll diskors ta’ mibegħda. Hemm ukoll tħassib li diskors ta’ mibegħda fuq l-internet, indirizzati lejn ċerta gruppi (reliġjuzi, etniċi u minoranzi fis-sesswalità) qiegħda tiżdied.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tinkludi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq ġlieda kontra ċerta forom u esspersjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija b’mod ta’ liġi kriminali. Dan l-Att jġiegħel lil membri Stati tal-EU biex jħarku kondotti intenzjonati:

  • Inċitament pubbliku għal vjolenza jew mibegħda diretta lejn grupp jew individwu ta’ razza, kulur, reliġjon, dixxendenza jew nazzjonalità jew oriġini etnika;
  • Kummissjoni ta’ tali att permezz ta’ disseminazzjoni pubblika jew distribuzzjoni ta’ materjal stampat, stampi jew materjal ieħor.

Barra minn hekk, l-Att jgħid li għall-offiżi oħra, differenti minn ta’ fuq, il-Membri Stati għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jissguraw li l-motivazzjoni lejn razziżmu u ksenofobija jiġu kkunsidrati bħala ċirkustanzi aggravanti jew jiġu meqjusa mill-qorti meta jiddeterminaw il-pieni għall-offiżi. Ma jeżistix dokument ekwivalenti fuq id-diskors u l-attività ta’ omofobika u transfobika imma ħafna Membri Stati żżviluppaw leġiżlazzjoni nazzjonali biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet.

C.O.N.T.A.C.T (Creating an Online Network, monitoring Team and phone App to Counter hate crime Tactics) huwa proġett sostnuta mill-Unjoni Ewropea li jiffoka fuq diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda ta’ natura razzista, ksenofobiċi, omofobika jew transfobika. Il-proġett jinkludi msieħba minn Ċipru, id-Danimarka, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja u r-Renju Unit.

L-għanijiet ta’ dan il-proġett huma dawn;

  • Biex tinħoloq sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ reati ta’ mibegħda fuq paġna eletronika u applikazzjoni tal-mowbajl
  • Biex iħarreġ u joħloq għarfien bejn atturi rilevanti bħal pulizzija u l-uffiċjali, il-professjonalisti tal-midja u ż-żgħażagħ
  • Biex titwettaq riċerka fid-diskors ta’ mibegħda fuq l-internet u l-perċezzjoni tagħha
  • Biex jinħoloq modul ta’ tagħlim konġunt fl-Universitajiet

Il-materjal relatat mat-taħriġ u l-għarfien, l-istudji analitiċi u l-modul Universitarju ħa jkunu aċċesibbli mir-Riżorsi ta’ din il-paġna eletronika.

Il-paġna eletronika biex tirrapporta l-mibegħda tista’ tinstab billi tagħfas fuq il-link ‘Irrapporta l-mibegħda’.