Protezzjoni tad-data

L-imsieħba tal-proġett C.O.N.T.A.C.T jemmnu li l-privatezza u d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data huma tassew importanti. C.O.N.T.A.C.T mhux se tiġbor l-ebda informazzjoni personali dwarek fuq din il-websajt mingħajr il-permess tiegħek. Kull informazjoni personali li int tagħti lil C.O.N.T.A.C.T se tkun trattata bl-għola standards ta’ sigurtà, kunfidenza u strettament b’konformità mad-Direttiv tal-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data.

Aħna niġbru u nużaw informazzjoni biex nipprovdu data u rapporti tad-drittijiet tal-umani li jkunu aċċessi mill-pubbliku, il-midja, il-leġislaturi, il-gvernijiet, u korpi bħall-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda u organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-għan hu biex nipprovdu informazzjoni aġġornata fuq l-esperjenzi li n-nies ikollhom fuq reati u diskors ta’ mibegħda u evidenza li tappoġġja l-każijiet għal-liġijiet, poloz u prattiki aħjar biex nikkumbattu r-reati u d-diskors ta’ mibegħda. Kull materjal pubblikat ħa jkollu kull informazzjoni personali mneħijja qabel jiġi kkumpilat.