Qafas Legali

Il-pieni għar-reati u diskors ta’ mibegħda huma provduti mil-liġi internazzjonali u Ewropea u qed jiġu diskussi f’rapporti maħruġa minn istuzzjonijiet bħall-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u NGOs.

EU

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq il-mibegħda kontra r-razziżmu qiegħda fid- Deċiżjoni Qafas Tal-Kunsill 2008/913/ĠAI ta’ 28 ta’ Novembru 2008 fuq kumbatti ta’ ċerta forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali.

 

UN

Il-ICCPR (International Covenant on Civil and Political Rights) u l-ICERD (International Convention on the Elimination of all forms of Racial Discrimination) huma żewġ trattati li jikkopertu r-reati u d-diskors ta’ mibegħda. Iċċekja jekk il-pajjiz tiegħek imposta riżervi fuq Artiklu 9 jew 20 ta’ ICCPR u Artiklu 4 ta’ ICERD. Dan jirrifletti l-interpertazzjonijiet tan-nazzjon tal-limiti fuq espressjonijiet ta’ diskors ta’ mibegħda. Biex tara dawn l-imposti idħol:

ICCPR
ICERD

Hawn issib l-istat tar-ratifika tal-pajjiżi kollha tal-imposti tal-UN.

Hawn tista’ tfittex id-dokumenti maħruġa minn UN jew sottomessi lil UN mill-pajjiż tiegħek. Għal darba oħra, fittex għal ICCPR u għal ICERD u fittex għal ‘Concluding Observations’. Agħti titwila biex tara jekk ġie ntqal jew ġew rekomandati affarijiet dwar reati ta’ mibegħda jew diskors ta’ mibegħda.

 

Il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni fuq iċ-Ċiberkriminalità dwar il-kriminalizzazzjoni ta’ atti ta’ razziżmu u ksenofobika kommessi permezz ta ‘sistemi tal-kompjuter jista’ jinstab hawnhekk.

Il-Kumissjoni Ewropea kontra ir-Razziżmu u l-Intoleranza (ECRI), parti mill-Kunsill tal-Ewropa, ippubblika polza ġenerali ta’ rekomandazzjoni fuq kif tikkombatti diskors ta’ mibegħda.

 

OSCE

Ippubblikat data fuq reati ta’ mibegħda minn 46 pajjiz Ewropej. Ir-rapport tal-2004 hu disponibbli hawn.

 

FRA

L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali ppubblikat rapporti u riżultati tas-servejs fuq reati ta’ mibegħda. Dawn huma aċċessibbli minn hawn.

 

ENAR

In-Netwerk Ewropew Kontra r-Razziżmu (netwerk ta’ organizzazzjonijiet mhux Governattivi fl-Ewropa) ippubblika rapporti annwali dwar ir-razziżmu fl-Ewropa, li fihom informazzjoni dwar reati ta’ mibegħda razzista u reliġjuża u diskors ta’ mibegħda jinstab hawnhekk.